Gambli bl-Asparagus


Ingredienti

400gr Asparagus

200gr gambli

tewma

basla zghira

bzar u melh

50gr zebbug iswed

hassa

2 kikri hall

ftit zejt

Method

  1. Jekk qed tuza gambli friski ghalli l-ilma bil-melh u lumi ghal madwar 2 minuti. Kessah u qaxxar mill- ewwel . Jekk qed tuza gambli tal-friza aghmel dak li jghidlek il-pakett. Asparagus tista tuza frisk jew tal-bottijiet.
  2. Naddaf u ahsel il-hassa u irranga madwar ir- receipjent . Aqta’ l-asparagus u flimkien mal-gambli u iz-zebbug irranga f ‘nofs il-hassa.
  3. Qaxxar it-tewma u il-baslau aqta f’bicciet irqaq hafna. Fi skutella aghmel tahlita ta’ basal, bzar u melh. Itfa din fuq il-gambli.
  4. Servi kieshin .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *