Source : Scotts
Ingredjenti
Għall-kejk
Isservi għal 10-12 persuni
250gr tamal mingħajr għadma
90ml kafé espresso
80g polenta
180ml żejt (vegetable oil)
Landa ta’ 400g fażola ħamra imsaffija mill-ilma (erfa’ 120ml mil-likwidu għal mat-taħlita)
80g trap tal-kokodina
2 imgħaref vanilla bean paste
2 kuċċarini baking powder mingħajr glutina
Kuċċarina melħ oħxon
Għall-ġelu
2 avocados misjura ħafna
4 mgħaref trab tal-kokodina
4 mgħaref ġulepp tal-ħarrub
Ftit mirtill biex iżżejjen
50g ċikkulata skura, maħkuka
Metodu
Saħħan il-forn għal 200 ˚C/ Gas 6, u iksi turtiera tal-kejkijiet 21ċm bil-kartaforn.
Qatta’ t-tamal f’biċċiet kbar u poġġi fi iskutella li tiflaħ is-sħana . Ferra’ fuqhom il- kafé jaħraq . Poġġi fil-proċessur tal-ikel u kisser it-tamal sakemm ikollok tahlita kremuża. Żid il-kumplament ta’ l- ingredjenti tal- kejk u ħawwad sakemm ikollok taħlita mingħajr ċapep.
Poġġi t-taħlita fit-turtiera li tkun ippreparajt u llixxja l-wiċċ b’ mgħarfa. Aħmi għal 30 minuta . Meta ddaħħal seffud, dan xorta għandu joħroġ imxarrab . Ħalli il- kejk jibred għal 10 minuti qabel taqilghu mit-turtiera u poggi fuq gradilja biex tkompli jibred.
Biex tagħmel il-ġelu aqta’ l-qalba tal-avocados minn mal-qoxra u ħawwad il-processur tal-ikel flimkien mat-trab tal-kokodina u il-ġulepp tal-ħarrub . Duq it-taħlita u jekk trid zid aktar ġulepp ghall-gosti tiegħek.
Meta tkun wasalt biex isservi, poġġi l-kejk fuq il-platt li se isservi fuqu u idlek il ġelu fil-wiċċ b’ sikkina paletta . żejjen bil-mirtill iċ-ċikkulata maħkuka fil-wiċċ.
