Mazzola bil-gobon u il-lewz.


Ingredienti

800gr mazzola

50gr margerina

basla

werqa randa

ftit tursin irqiq

1 litre ilma

100gobon gruyere

50gr dqiq

lumija

bzar shih

lewz

bzar u melh

Method

  1. Qaxxar il-mazzola u qaxxar sewwa. Aqta’ bicciet imdaqsin. Iprepara kazzola bl-ilma, basla, lumija, randa u bzar . Ghalli u sajjar il-huta fih.
  2. Meta il- huta tkun lesta nehhi mill-ilma . Bil-mod il-mod nehhi l-laham tal-huta minn ma l-ghadam u ix-xewk . Iprova zomm bicciet kbar ta l-laham.
  3. Dewweb il-margerina, zid id-dqiq u hawwad kollox sewwa. Ibda ftit ftit zid il-likwidu li tkun sajart il-huta fih. Hawwad u kompli sajjar ghal madwar 20 minuta fuq nar baxx. Saffi.
  4. Poggi il-huta go dixx li tkun sajart fih . Zid ftit bzar u melh fuq iz-zalza u itfa din fuq il-huta . Iksi sewwa.
  5. fil- wicc itfa bicciet ta’ gobon u il- lewz. Sajjar forn moderat ghal madwar nofs siegha. Roxx ftit tursin fil-wicc u servi shun.
  6. Flok mazzola tista tuza kull tip ta hut abjad bla xewk.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *