Coupe couvent


Ricetta tal-klabb tat-tisjir

Ricetta ghal 4 persuni.

Ingredienti

4 langasiet

3 isfar tal-bajd

2 grokkijiet rum

imsiemer tal-qronfol.

600ml ilma

75gr zokkor

50gr lewz

bastun tal-kannella

krema friska

Method

  1. Qaxxar il-langas u aqsam fi tnejn jew f’erbgha. Iprepara kazzola bl- ilma , zokkor bastun tal- kannella u imsiemer tal- qronfol .
  2. Poggi fuq in-nar u ghalli . itfa’ il-langas u kompli sajjar sakemm ikunu lesti.
  3. Erga ghalli l-ilma ghal ftit hin. Dewweb il-cornflour bi ftit ilma u zid l-isfar tal-bajd. Hawwad sewwa. Nehhi minn fuq in- nar u saffi .
  4. Zid ir-rum . Qaxxar il-lewz u inkalja ghal ftit hin . Meta dawn ikunu lesti farrak biex wara titfa fil-wicc .
  5. Poggi il-langas go tazza jew receipjent zghir, itfa is-sauce li tkun ghamilt. Meta dawn jikshu ddekora bil-krema friska li tkun ghamilt . Meta dawn jikshu, ddekora bil-krema friska li tkun haddimt sewwa u roxx ftit lewz inkaljat fil-wicc.
  6. Dil-Coupe tigi tajba hafna u ideali bhala helu hafif .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *