Tonn biz-zalza tat-tadam.


Ricetta tal-klabb tat-tisjir

Ingredienti

4 bicciet tonn

400gr tadam imqaxxar

100gr karotti

tazza inbid

bzar cayenne

ftit zejt

200gr basal

tewm

incova

naghniegh

tursin imqatta

lumi

Method

  1. Qaxxar il-haxix u aqta’ f’bicciet zghar.

2. Sahhan ftit zejt u qalli il-basal u it-tewm . Meta dawn ikunu se jiehdu il-kulur zid il-karotti . Sajjar ghal ftit hin .

3. Zid it-tadam, naghniegh, inbid, incova u cayenne; baxxi n-nar u kompli sajjar fuq nar baxx. Idlek il- huta bi ftit zejt u sajjar taht il-grill jew f’tagen. Aghsar ftit lumi fuq il-huta

4. Poggi il-huta goz-zalza u kompli sajjar ghal 10 minuti ohra. Roxx it-tursin u servi shun.

5. Servi ma xi insalata , patata mgholija u qargha baghli.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *