Tortellini bl-ghagina filo.


Hin ta sajran 30 minuta f’temperatura ta’ 180/c

Ingredienti

Pakett tortellini

Dada

ftit zejt taz-zebbuga

basla

2 sinniet tewm

100gr mushrooms

100gr perzut tal-koxxa

100ml krema low fat

6 folji ta ghagina filo

tursin

madwar 30gr butir imdewweb

ftit gobon mahkuk abjad tal- hakk

Method

Sahhan il-forn f’temperatura adatta. Iprepara recipjent kwadru jew retangulari u dellek bi ftit mil-butir imdewweb. Sajjar it-tortellini fil-mishun flimkien ma’ nofs id-dada. Aqli il-basla u t-tewm fiz-zejt u zid il- kumplament tad-dada. Itfa il-mushrooms imqatta’u ftit wara il-perzut. Ferrex il-krema kompli sajjar ghal ftit minuti u nehhi minn fuq in-nar . Zid it-tortellini msafija. Go receipjent poggi 3 mil-folji tal-filo u dellek bi ftit butir mil-imdewweb . Ferrex it-tortellini ppreparati bi ftit tursin imqatta’.Aqta’ fi kwadri t-tliet folji li baqa u dellek bi ftit butir biex tifforma qishom stilel hdejn xulxin . Dellek il-butir li baqa u ferrex il-gobon.

Ahmi sakemm tihmar il-filo.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *