Bakkaljaw (Huta) fil-forn


Ricetta tal-klabb tat-tisjir Ricetta no 8

Ingredienti isservi 4 .

1 kg bakkaljaw

100gr basal

tursin u habaq

meraq ta lumija

250gr mushrooms

200gr tadam

bzar u melh

2 kikri inbid( jekk trid)

ftit zejt taz-zebbuga

Method

  1. Jekk qed tuza bakkaljaw niexef allura l-ahjar li dan thallih jixarrab ghal xi hin. Izda l-ahjar li tuza bakaljaw tal-friza . Jekk qed tuza dan ta l-ahhar, allura hallih sakemm il-friza tinzel kollha.
  2. Iprepara kazzola bl-ilma u il-meraq ta lumija. Ghalli ghal madwar 20 minuta.
  3. Qaxxar il-basal u aqta’ bicciet zghar. aqta il- mushrooms u aqta bicciet zghar ukoll. Sahhan ftit zejt u qalli u aqli il-basal u il-mushrooms sakemm dawn jirtabu u ikunu lesti .
  4. Qaxxar it-tadam u aqsmu min-nofs.
  5. Iprepara receipjent li tkun se isajjar il-hut fih . Poggi l-bakkaljaw fin-nofs. Poggi it-tahlita ta’ basal u mushrooms fuq u madwar il- huta , it- tadam fil- genb u roxx ftit bzar u melh, tursinhabaq u ftit zejt .
  6. Zid ukoll l-inbid u sajjar forn moderat ghal jahraq ghal madwar 35 minuta . Servi shun.
  7. Ma dan id- dixx tista iservi pastard, qargha baghli jew patata mghollija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *