Ross bil-halib tal-coconut u il-ginger.


Lehen is-sewwa tal-hadd 29 ta ‘ Settembru 2024.

Dan ir-ross tista’ isservih jew wahdu jew inkella stir fry mal-laham, mal-haxix jew mat-tigieg.

Ingredienti

300gr ross basmati jew tilda abjad

bicca ginger zghira

kuccarina trab tat-tumeric

2 imgharef zejt vegitali

bott halib tal-coconut low fat

400ml mishun

basla zghira

bzar u melh

Method

Sahhan iz-zejt go borma u aqli il-basla. Zid il-ginger u it-tumeric u kompli qalli ghal madwar 5 minuti.

Zid ir-ross u hawwad sew biex ir-ross jidhol maz-zejt u l-ispices.

Zid il-halib tal-coconut u il-mishun u sajjar sakemm ikun se jibda jaghli. Zid niskata melh u bzar. Baxxi in- nar u kompli sajjar fuq nar baxx sakemm il-likwidu jinxtorob u ir-ross ikun sar. Servi imedjatament

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *