Zaqq tal-majjal mimlija.


Ricetta tal- klabb tat- tisjir

Ingredients

800gr zaqq tal-majjal

2 bajdiet

100gr frak tal-hobz

bzar u melh u salvja

200gr ikapuljat tal-majjal

200gr ikapuljat tac-canga

tursin imqatta

2 bajd iebsin

Method

Iftah iz-zzaqq tal-majjal, nehhi kemm jista ikun hemm xaham u ghadam. Iccatja kemm tista .

Aghmel tahlita ta l-ikapuljat kollu, frak tal-hobz, salvja, tursin, bajd iebsin , bzar u melh . Hawwad sewwa.

Poggi il-mili gon-nofs tal-majjal u fil-mili dahhal il-bajd iebes wahda wahda wara l-ohra. Kebbes sewwa.

Orbot il-laham sewwa u sajjar forn moderat ghal madwar saghtejn . wara kultant zmien xarrab il- laham bil- likwidu li ikun hareg minnu stess . Servi shun jew kiesah.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *