Ricetta tal- klabb tat- tisjir .
Ingredienti ghal ghagina
400gr dqiq
125gr margerina
melh
50gr xaham
120ml ilma
Ingredienti ghat- torta
200gr majjal ikapuljat
200gr canga ikapuljat
100gr bacon imqatta
300ml stock jew ilma
bzar u melh
zewg bajdiet
100gr basal
150gr karotti
100gr bacon imqatta f’ bicciet zghar
50gr margerina
Methodu
Iprepara l-ghagina. Aghmel id-dqiq, zid il-melh. Haddem sewwa ix-xaham u il-margerina mad-dqiq. Dawn tant iridu jithadmu sewwa li iridu isiru haga wahda qishom ramel . Zid l-ilma u aghgen . Ifforma l-ghagina forma ta’ ballun u hallieha toqoghod ghal madwar siegha qabel tuzha. Qaxxar il-karotti u il-basal. Aqta’ bicciet zghar. Dewweb il-margerina u qalli il-basal u il-karotti. Wara hames minuti zid il-laham u il-bacon . Kompli qalli sakemm dan ikun lest. Zid ftit bzar u melh u l-istock . Sajjar fuq nar baxx ghal madwar 15 il- minuta jew sakemm l-istock ikun inxtorob kwazi kollu . Zid il-bajd. Iprepara receipjent li tkun se isajjar it- torta fih, idilku bil-margerina . Iftah nofs l-ghagina u ifrixha fuq il-qiegh u il-genb ta dan id-dixx . Itfa’ it- tahlita tal-laham fuq l-ghagina . Hallieha toqoghod ghal madwar hames minuti. Idlek ix-xfarijiet bl-ilma u erga ifrex l-ghagina l-ohra . Irranga sewwa ix- xfarijietu il-wicc . Idlek bil-wicc tal-bajd u sajjar forn moderat ghal madwar 45minuta. Servi shuna jew fietla.
