- Ixrob tazza ilma b’ nofs lumija maghsura u kuccarina ghasel kull filghodu.
- Zomm in-numru tal-emergenza x’ imkien fejn isiebhom facilment meta tigi bzonnhom
- Naddaf is-serpentina tas-sink tal-kamra tal-banju mill-inqas kull tlett xhur b’tahlita ta’ kikra baking soda, kikra hall abjad u mushun. Halliha bit-tapp maghluq ghal mal-lejl . Filghodu ahsel is-sink bis-sapun u l-ilma .
- Naddaf il-kitla ta l-eletriku biex tnehhi il-gebla li titrabba maz-zmien billi taghmilha ghal bil-lejl bil-hall. Hallieha bit-tapp maghluq ghal bil-lejl . Fil-ghodu batalha u biex tnehhi it-toghma tal-hall imla bl-ilma u ghalli .
- Meta se tuza it-toaster ghal ewwel darba ixwi bictejn hobz li imbaghad tarmihom peress li tkun l- ewwel darba biex titlaq ir-riha tal-plastik .
- il- vasetti tal-hgieg fejn se terfa il-mincemeat iridu ikunu jisigillaw sew u sterilizati . Kull ma trid taghmel hu li tahsilhom bil-mushun u tixxutahom sew.
