Soppa tat-tadam.


Ma din is-soppa suppost li isservi ukoll ftit bicciet tal-hobz. dawn jisejhu Croutons.

Ingredienti

400gr tadam imqaxxar

1 litre stock

50gr dqiq

bzar u melh

karfusa

ftit krema jew halib

100gr basal

50gr margerina

25gr kunserva

qoxra ta’ bacon

werqa randa

isfar ta’ bajda

tursin imqatta’ irqiq

Method

Qaxxar u aqta’ il-basal f’bicciet imdaqsin. Dewweb il-margerina u qalli. Zid il-bacon u kompli sajjar sakemm jibdew jiehdu kulur hamrani . Nehhi minn fuq in-nar, zid id-dqiq u kunserva. Hawwad sewwa u erga poggi fuq in-nar. Zid it-tadam, randa u karfusa. Ftit ftit ibda zid l-istock li tkun sahhant u kompli sajjar ghal madwar tliet kwarti. Nehhi minn fuq in-nar u saffi minn passatur fin . Duq is-soppa u ara u ara jekk ikunx jonqos bzar u melh . Zomm is-soppa shuna izda tghallix . Roxx ftit tursin fil-wicc . Servi shuna.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *