Soppa tal-karfus.


Din hija soppa tajba hafna u ma tqumx flus .

Ingredients isservi 4 persuni .

Karfusa kbira

150gr basal

50gr margerina

50gr dqiq

qoxra ta’ lumija

bzar shih

melh

600ml ilma

isfar ta’ bajda

Tursin imqatta .

Method

Qaxxar il-basal u flimkien mal-karfus aqta f’bicciet zghar . Poggi il-karfus , basla, lumija u bzar f’borma bl-ilma. Sajjar fuq nar baxx ghal madwar siegha (60 minutes). Dewweb il-margerina f’ kazzola . zid id-dqiq u wara ibda zid l-ilma li sajjart il-karfus fih. Ghaddi minn passatur, poggi fuq in-nar, zid melh u l-isfar ta’ bajda . Hawwad sewwa u servi shuna bi ftit tursin fil-wicc .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *