Suggerimenti utli


Kultant waqt li tkun qed tahmi xi kejk ftit sens komun tista taghmel id- differenza kollha biex il- hami isir b’ mod tajjeb u minghajr hela ta hin

fejn tista tkejjel ingredienti xotti jew li ma ikunux likwidi ghalkollox go tazzi apposta li tuza biex tkejjel dawk li nghidulhom (Measuring cups)

Meta tigi biex tkejjel f’ forma ta’ trabbhal kokotina jew dqiq wara li timla tazza tal-kejl illixxa il-wicc b’ sikkina .

Meta tkejjel xi likwidu uza kejl trasparenti . Jekk dak li se tkejjel huwa iwahhal bhal ghasel sprejja ftit zejt fil-qiegh tat-tazza biex ma jehilx maghha .

Meta tuza tray tal-muffins u ma timliex it-toqob kollha imla dawn vojtha bl-ilma . L-ilma jghin lil muffins joghlew waqt li ikunu qed isiru fil-forn.

Meta tahmi xi brownies jew gelletini li taqsamhom forma ta ‘ bars iksi il-qiegh tad-dixx bil-foil biex ikun izjed facli li taqlaghhom .

GHal dawk il-kejkijiet tac-cikkulata specjalment li mhux se tiksihom , uza trab tal-kokotina minflok dqiq biex tferrex il-qiegh tad-dixx.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *