Gateau tal-kafe u il-lewz


Ricetta ghal 8 persuni

Ingredjenti

4 bajdiet

100gr dqiq 100zokkor

2 kuccarini café (instant)

Ghal mili u dekorazjoni

200 margerina

isfar ta bajda

gamm

lewz inkaljat

150gr zokkor icing

100gr zokkor icing

mgharfa café’ instant jew essenza

Metodu

  1. Haddem sewwa l-bajd u z-zokkor. Dawn tant iridu jithaddmu li t-tahlita trid tikber u ssir bajda hafna. Aghrbel id-dqiq, zid mieghu l-kafe.
  2. Ftit ftit ibda zid id dqiq fuq il-bajd, haddem bil-mod. Ipprepara forma midluka bil-margerina. Roxx ftit dqiq u imla bit-tahlita tal-isponge. Sajjar f’forn moderat ghal madwar 25 minuta. Meta tkun lesta ohrog mill-forma u halliha tiksah.
  3. Haddem il-margerina sewwa sakemm it-tahlita tigi hafifa u bajda. Aghrbel iz-zokkor u zid mal-margerina, kompli haddem u zid il-bajda.
  4. Zid il-kafe u kompli haddem. Duq il-krema, u jekk tahseb li ghandha wisq toghma ta’ margerina, zid ftit iehor kafe jew xi xorb.
  5. Aqsam l-isponge, idlek bil-gamm u roxx xi xorb jekk jista’ jkun tal-kafe. Ifrex il-krema w erga poggi t-tieni parti ta’ l-isponge. Dewweb il-gamm bi ftit mishun u idlek l-isponge minn barra b’dan il-gamm. Ifrex il-lewz li tkun inkaljajt ghal ftit hin fil-wicc u mal-gemb. Poggi fuq dixx u servi meta tigi bzonnu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *