Ghalkemm forsi hafna qatt ma daqu dan id-dixx dawn jibqghu impressjonati bit-tjubija ta laham li ikun hemm fid-demb.
Ingredienti
Demb ta madwar 900gr
200gr basal zghir
25gr kunserva
50gr dqiq
tursin u tyme , melh u bzar
400gr karotti
400gr tadam imqaxxar
50gr margerina
1litre stock
Metodu
- Aqsam id-demb f’diversi bicciet imdaqsin . Nehhi kemm jista ikun xaham .
2. Sahhan il-margerina. Ghaddi id-demb mid-dqiq u aqli malajr sakemm jiehu il-kulur.
3. Zid il-kunserva, tadam, thyme , bzar u melh u stock u kompli sajjar dejjem fuq nar baxx f’ kazzola mghottija sewwa ghal madwar siegha .
4. Qaxxar il-karotti u il-basal . Aqsam il-karotti f’bicciet zghar u ghalli separat. Zid il-basal fiz-zalza. Kompli sajjar . Meta l- karotti jkunu lesti saffi u zid fil- casserole . Erga kompli sajjar sakemm id- demb ikun sar u ikollok zalza maghquda. Roxx ftit tursin qabel isservi .
