Ingredienti isservi 4 persuni.
Hin 1hr u 15 il minuta.
- 4 tadamiet imdaqqsin
- 100 g ġobon feta
- Basla, maħkuka
- Mgħarfa tursin frisk, imqatta’ rqiq
- Mgħarfa ħabaq frisk, imqatta’ rqiq
- Mgħarfa origanu frisk, imqatta’; jew kuċċarina mnixxef
- 60 g dqiq
- Kuċċarina trab tal-ħami (baking powder)
- Melħ u bżar mitħun frisk
- Żejt taż-żebbuġa, biex taqli
Thejija
- Aqsam it-tadam, neħħilu ż-żerriegħa u b’kuċċarina aqlagħlu l-laħam u qattgħu. Poġġih f’passtur, roxxu bi ftit melħ u ħallih joqtor għal 30 minuta.
- Fi skutella ħallat flimkien it-tadam, il-basla, it-tursin, il-ħabaq, u l-origanu, u farrak ukoll il-ġobon feta. Fi skutella oħra ħallat id-dqiq mat-trab tal-ħami.
- Żid it-taħlita tad-dqiq ma’ dik tat-tadam u ħawwadhom sewwa b’mgħarfa sakemm it-taħlita tkun xotta biżżejjed biex tifforma l-pulpetti. Jekk tkun għadha ratba żid ftit aktar dqiq. Poġġi t-taħlita fil-friġġ għal 30 minuta.
Ferra’ biżżejjed żejt f’taġen kbir biex tiksi l-qiegħ u saħħnu sew. B’mgħarfa mxarrba poġġi mimli mgħarfa tat-taħlita fiż-żejt sakemm joqogħdu fit-taġen. Xarrab l-imgħarfa bejn waħda u oħra biex it-taħlita ma teħilx. Bl-imgħarfa stess agħtihom forma ta’ pulpetta u aqlihom għal 2-3 minuti.
fuq kull naħa sakem jiħmaru. Tellagħhom mit-taġen u poġġihom fi platt miksi bil-karti tal-kċina biex joqtru.fuq kull naħa sakem jiħmaru. Tellagħhom mit-taġen u poġġihom fi platt miksi bil-karti tal-kċina biex joqtru.
