Ingredients
500gr ghagina sfiljolata
Mili mielah
3 imgharef pesto
2 imgharef zebbug iswed imqatta irqiq
2 imgharef tadam imqadded imqatta irqiq
2 qlub tal- articokes imqatghin irqaq
120gr mozzarella mahkuka
Bajda imhabta
Mili helu
3 imgharef nutella
25 gelewz imqatta bajda imhabta
2 imgharef ghasel imsahhan gunglien
Mgharfa gellewz mohmi mqatta fil- wicc
Method verzjoni mielha
Sahhan il-forn ghal 200˚C/ gas 6 .
Hallat flimkien iz-zebbug, it-tadam imqadded u il-qlub tal-articokks .
Iftah l-ghagina u aqta’ 2 crieki ta’ 25cm. Poggi cirklu minnhom f’turtiera miksija bil-kartaforn u idilku bil- pesto. Halli bordura ta’ 2.5cm madwar ic cirku mhux midluka . Roxx il-mili taz-zebbug, tadam imqadded u il- qlub tal- articokks fuq il- pesto u roxx il-mozzarella fil-wicc. Poggi ic-cirku l-iehor fil-wicc. Immarka ic- centru b’ tazza zghira . Aqta l-ghagina f’4 kwadri minghajr ma tmiss ic-cirklu tan- nofs u imbaghad erga’ aqsam min-nofs kull bicca . Hekk ghandu ikollok 4 strixxi kull kwadrant, b’ kollox 16 is-strixxa . Poggi fil- freezer ghal 5 minuti biex ikun facli tobrom l-istrixxi. Obrom kull strixxa ghal darbtejn u halli it-truf catti. Erga’ dahhal fil-freezer biex tkun iktar facli tidlikhom bil- bajda imhabta.
Idlek it-torta tal- bajda imhabta u roxx il-gunglien . Erga’ dahhal fil-freezer ghal 5minuti biex it-torta izomm il- forma taghha .
Tista tiprepara it-torta gurnata qabel . Ghattieha b’kartastrazza u erfaghha fil- fridge jew fil-freezer .
Ahmieha ifrizata kif tkun ghal 20-25 minuta jew sakemm tiehu kulur dehbi u jinfetah .
Verzjoni helwa
Idlek in- nutella fuq wiehed mic-criki . Halli bordura vojtha ta’ madwar 2.5cm madwar ic-cirklu kollu. Roxx il-gellewz imqatta fuq in- nutella u poggi ic-cirklu l- iehor fil- wicc . Aghmel l-istess procedura descritta fil-verzjoni mielha . Wara li tohrogha mill-forn idlek it-torta bl-ghasel u roxx il-gelewz imqatta fil-wicc .
