Cikkulata shuna ghal zmien il-milied


Din ic-cikkulata hija ricca fit-toghma u maghmulha minn zewg tipi ta’ cikkulata u hwawar.

2 tazzi halib

2 tazzi krema – double cream

Kwart ta’ tazza kokotina skura

kwart ta’ tazza zokkor

Kuccarina u nofs trab tal- kannella

Nofs tazza cikkulata skura imqatta bicciet zghar

Nofs kuccarina vanilla biex izejjen , krema friska imhabta – zkuk tal- kannella u marchmellows

Metodu

Go skutella zghira hawwad il-halib, il-krema, il-kokotina iz-zokkor u it-trab tal-kannella. Sahhan fuq nar baxx waqt li thawwad kontinwalment sakemm tishon imma ma jridx ikun jaghli l-ilma .

Zid ic-cikkulata u il-vanilla sakemm ic-cikkulata tinhall .

Servi mill-ewwel fil- maggijiet u zejjen bil-krema, marchmellows u iz-zkuk tal-kannella.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *