Ingredienti, isservi 6
1 kg patata imqaxxra
175gr pancetta jew bejken imfella irqiq
50gr butir
2 imgharef zejt taz- zebbuga
12 il-flieli gobon Cambozola
Fortuna jew gruyere
melh u bzar mithun frisk
Metodu
Qatta il-patata f’erba’ bicciet u ghalliha f’ borma ilma mielah u mghottija .
X’ hin taghli, tektek sakemm il-patata kwazi issir, imma xorta tibqa ftit iebsa (madwar 7 minuti.) Saffieha mill-ilma u hallieha tiksah .
Aqil il-pancetta minghajr zejt f’tagen baxx sakemm ix-xaham li johrog minnu jigi kulur dehbi. Ghall-patata, uza il-hakkieka tan-naha tat-toqob il-kbar, zid il-bzar u il-melh u imbaghad ifforma il-patata mahkuka f’pulpetti daqs il-pala ta’ jdejk .
Mit- tahlita suppost tohrog 12 il-pulpetta . Dewweb il-butir maz-zejt f’tagen. Meta il- butir jibda iferrfex, zerzaq fih 3 pulpettiet b’ sikkina f’ paletta .
Sajjar fuq nar medju ghal 3-4 minuti sakemm il-qiegh taghhom jiehu kulur dehbi . Aqlibhom bil-mod u kompli sajjarhom goal 3-4 minuti ohra sakemm jihmaru min din in- naha ukoll u isiru sew minn gewwa .
Nehhilhom mit-tagen u zommhom shah sakemm isajjar il- kumplament . Jekk ikun hemm bzonn zid ftit aktar butir u zejt .
Erga poggi il-pulpetti misjura fit-tagen. Qassam il-pancetta/ bejken bejn kull pulpetta. Poggi flieli gobon fuq kull pulpetta .
Ghatti t-tagen u kompli sajjar ghal ftit minuti sakemm il-gobon jinhall .
Servi fil-pront.
