Tarja moqlija minghajr zejt


Ingredients

300gr irkotta ta’ malta

500gr tarja

3 bajdiet

4 imgharef pesto

Ftit bzar iswed Gobon tal-hakk

Method

Ghalli it-tarja uhallieha ghal dente

Hallieha toqtor go passatur

Poggi it- tarja f’ borma kbira u maghha zid l-irkotta mghafga il-pesto , il-bajd , il-gobon u ftit bzar kemm tiggosta.

Hawwad kollox sew

sahhan tagen non stick

Ixhet it- tarja u aqli ghal ftit minuti fuq kull naha sakemm it-tarja tiehu kulur dehbi

Jiddependi fuq il-kobor tat-tagen ghax jekk it-tagen ikun zghir tista taqsam it-tahlita f’diversi frejjeg .

Servi it-tarja moqlija shuna. Tista tferrex ftit gobon mahkuk fil-wicc u servieha mal- insalata fil-genb tal- platt .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *