Ingredienti
2 karottiet imdaqsa imqaxxra
200pastard
200gr broccoli
3 patatiet zghar , imqaxxra
bott zghir corn
2 bajdiet
100gr bacon (jekk trid biss )
4 kiriet hobz
100gr halib
4 mgharef frak tal-hobz
100gr gobon isfar , mahkuk
bzar iswed
ftit frak tal- hobs ghal pannura
zewg imgharef zejt taz- zebbuga
metodu
Ghalli ftit mill-haxix, minbarra il-piselli u il-corn u qattar sew fil-passatur .
Xarrab il-hobz fil-halib u hallih joqoghod ghal madwar 10 minuti.
Aghsar il-hobz sewwa mill-halib.
Ghaffeg il-haxix u zid il-piselli u il-corn . Hawwad sew. Zid il-bajd, il-bacon, il-bzar iswed u il-gobon u 4 imgharef frak tal-hobz. Hawwad sakemm tara li l-ingredienti kollha dahlu f’xulxin . Halli it-tahlita toqoghod ghal 30 minuta fil-frigg. Sahhan iz-zejt go tagen non stick . Ifforma it-tahlita f’pulpetti zghar, gerbeb il- frak tal- hobz u aqli hafif miz- zewg nahat .
Jekk tixtieq tista ukoll thalli barra il-bejken.
Servi dawn il- pulpetti bhala contorn jew bhala ikla principali . Jistghu jittiehdu kieshin kif ukoll shan .
