Ingredienti
2 kikri cicri niexfin
kikra tursin
kikra cilantro
bzar
melh
Basla zghira, imqatta
4 sinniet tewm mghafga
kuccarina trab tal- kemmun
kuccarina nocemuskata (trab)
mgharfa lumi
2 imgharef zejt taz- zebbuga
kuccarina bicarbonate of soda
Metodu
Xarrab ic-cicri ghal 24 siegha fl- ilma . Zid l-ilma jekk tara li inxtorob . Qattar u ahsel sew . Halli ic-cicri joqtru sew.
go food processor poggi ic-cicri mqattra , il-bzar u il-melh u i- nocemuskata , it- tursin u ic-cilantro , il-basla u it-tewma. Ghaffeg sew bil-food processor sakemm tigi tahlita wahda. poggieha go skutella. zid il-lumi , iz-zejt u il-bicarbonate of soda . Hallat sewwa .
Idlek pjanca tal- forn biz- zejt u iksieha bil-cartaforno. Hawwad sewwa. Kessah fil-frigg ghal 45 minuta . Ifforma t-tahlita fi blalen zghar. Erga Kessah ghal kwarta. Ahmi fil-forn ghal madwar 40 minuta jew sakemm tara li felafel ghaqdu u saru kulur dehbi
. Servihom shan jew kieshin.
