Ingredienti
250gr dqiq mgharbul
30gr zokkor caster
5gr hmira xotta
nofs kuccarina melh fin
bajda imhabta
40 ml halib
250gr mozzarella mqatta’ roti roti
bajda imhabta
2 imgharef butir artab
nofs kuccarina melh fin
mgharfa zejt
2 imgharef basal ahdar imqatta fin
bzar iswed mithun
Metodu
Go skutella kbira hawwad flimkien id-dqiq , iz-zokkor , il-hmira u il-melh .
Zid il-bajda, il-butir u il-halib u hawwad sew b’ imgharfa ta l-injam sakemm tifforma ghagina
Sadanitant , go skutella zghira hawwad flimkien il-butir, il-melh, iz-zejt u il-basal.
Iftah l-ghagina u b’sikkina taqta’ aghmel sinjal vertikali u orizontali kemm hemm fondi biex tifforma bhal gradilja .
Idlek l-ghagina bil-bajda u wara it-tahlita tal-butir .
Ippostja ir-roti tal-mozzarella fil-linji tal-gradilja u ferrex ftit bzar iswed.
Sajjar forn moderat ghal madwar 25 minuta sa ma jihmar il-wicc u jinhall il-mozzarella.
