Crumble tat-Tuffieħ u t-Toffee


Isservi għal 6 persuni

Ingredjenti

600g tuffieħ tat-tisjir

Mgħarfa meraq tal-lumi

3 imgħaref ġulepp (golden syrup)

150 ħafur (rolled oats)

150g gewz mitħun

150g zokkor (moscovado light)

150g butir ftit mielaħ imkessaħ u mqatta’ f’kubi (cubes)

50g toffee jew fudge, imqatta’

Metodu

Saħħan il-forn għal 200 gradi °C / Gas 6 Qaxxar it-tuffieħ aqsamhom f’4 u minn ġewwa; qatagħhom fi flieli rqaq u poġġihom fil-meraq tal-lumi . Wara irranġahom f’dixx tal-forn ovali ta’ 30ċm . Roxxhom bil-ġulepp (golden syrup ).

Farrak flimkien il-ħafur (rolled oats), il-lewz mitħun, iz-zokkor u l-butir fi proċessur tal- ikel sakemm jitkisser kollox u t-taħlita tibda tifforma xi ftit ċapep .

Roxx fuq is-saff tat-tuffieħ u mbaghad ferrex it-toffee u il-fudge fil-wiċċ.

Aħmi għal 30-40 minuta sakemm tibda tieħu kulur dehbi u l-frott jibda jbaqbaq fit-truf. Servi sħuna bil-krema jew bil-custard wara xi 15-20 minuta li tkun hrigtha mill-forn, jew la darba tibred.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *