hobz malti


Ingredienti

tip- it-temperatura tal-forn trid tkun gas 7, biex isajjar il-hobz.

500gr dqiq tal- hobz dqiq plain

7gr hmira

8 gr melh

315gr ilma fietel

Metodu

  1. GHarbel id-dqiq go bieqja kbira.
  2. Zid il-hmira, il-melh u l-ilma.
  3. Ibda hawwad kollox b’imgharfa sakemm tifforma ghagina.
  4. Ibda haddem l-ghagina ghal madwar 5 minuti.
  5. Ghatti l-ghagina b’sarvetta u halli toqoghod ghal siegha fis-shana.
  6. Wara li tghaddi siegha se tara li l-ghagina tkun gholiet sew .
  7. Dan hu minhabba li il- hmira tkun bdiet tahdem .
  8. Ferrex ftit dqiq fuq il-mejda u erga’ ghagen l-ghagina b’idejk . Poggi mill-gdid fil- bieqja u ghattieha bis-sarvetta . Hallieha toqoghod ghal madwar 45 minuta ohra.
  9. Sadanitant bl-ghajnuna ta’ xi adult, imla dixx bl-ilma u poggih fl-ixkaffa ta’ taht il- forn. Il-fwar li jifforma jghin biex il-hobza tifforma qoxra ahjar.
  10. Ixghel il- forn u ghamlu temperatura ta’ 220/c, halli jishon sew.
  11. ipprepara dixx iehor billi tidlek il-qiegh bi ftit zejt u poggi karta tal-forn fuqu.
  12. Aqleb l- ghagina fuq il- mejda u ferrex ftit dqiq fuqha . haddimha sew b’ idejk .
  13. Aqsamha f’madwar 6 bicciet u rrombla kull bicca qisha ballun. Poggihom fuq id- dixx li tkun dellikt bi ftit zejt.
  14. Dahhal id-dixx fil-forn u ahmi ghal madwar 25 minuta jew sakemm tara li il-hobz sar u il-wicc gie ahmar.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *